Il-coach, Luciano Spalletti, laħaq ftehim mal-FIGC, iżda l-avukati għadhom qed jaħdmu fuq il-klawsola tar-rilaxx tiegħu mingħand Napoli u deċiżjoni finali se tittieħed nhar il-Ġimgħa.
L-aħħar coach rebbieħ tas-Serie A huwa l-kandidat ewlieni biex jieħu post Roberto Mancini fit-tmun tal-Azzurri wara li M rriżenja b’mod ħesrem l-ġimgħa li għaddiet. Spalletti ħalla lil Napoli wara li mexxa lit-team lejn ir-rebħ tal-Iscudetto 2022/23 u għandu klawsola ta’ rilaxx li tiswa madwar €3 miljun.
Il-president ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis, saħaq li mhux se jħalli lil Spalletti jittermina l-kuntratt tiegħu sakemm il-klawsola tar-rilaxx ma tiġix attivata.
L-avukati tal-FIGC qed jistudjaw id-dokumenti biex jaraw jekk huwiex possibbli li jiksbu lill-coach imwieled f’Certaldo mingħajr ma jitħallas kumpens lil Napoli.
L-FIGC se tieħu deċiżjoni finali dwar Spalletti sal-Ġimgħa, filwaqt li t-tattiku Taljan diġà laħaq ftehim dwar is-salarju u l-membri potenzjali tal-istaff tiegħu.
Huma qed jargumentaw li l-Azzurri ma jkunux il-kompetituri ta’ Napoli, u għalhekk il-klawsola tar-rilaxx ta’ Spalletti tista’ tiġi maqbuża.