Il-kowċ ta’ Napoli Luciano Spalletti qed jistenna r-riżultat tal-eżamijiet mediċi li t-tobba tal-klabb qed jagħmlu fuq il-midfielder difensiv Andre Frank Zambo Anguissa. Dan tal-aħħar weġġa’ waqt il-logħba mill-UEFA Champions League kontra Ajax Amsterdam li i Partenopei rebħu bl-iskor ta’ 4-2 sabiex ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss.
Spalletti jittama li l-plejer jirkupra għall-partiti l-aktar importanti li ġejjin minħabba li kemm ilu li ngħaqad mat-tim qed ikun blata fid-difiża filwaqt li jtella’ kontrattakki ferm importanti lejn sħabu.