Luciano Spalletti tkeċċa minn kowċ tat-tim nazzjonali Taljan.
Huwa mifhum li saru diskussjonijiet mal-FIGC fl-aħħar sigħat wara t-telfa ta’ 0-3 kontra n-Norveġja, u Spalletti tkeċċa mir-rwol tiegħu mill-istess Federazzjoni li tmexxi l-futbol Taljan.
B’hekk, issa l-kapitlu tiegħu bħala kowċ tal-Italja, huwa mitmum.
Fost l-ismijiet li qed jissemmew b’insistenza li jistgħu jeħdulu postu hemm dak tal-eks kowċ ta’ AS Roma, Claudio Ranieri.