Żewġ coaches tas-Serie A, Luciano Spalletti u José Mourinho, qed jiġu msemmija mal-kariga ta’ manager ta’ Chelsea wara li dawn keċċew lil Graham Potter, iżda l-kandidat ewlieni għall-irwol jidher li hu l-Ġermaniż, Julian Nagelsmann.
Il-Blues keċċew lill-coach tagħhom il-Ħadd filgħaxija wara inqas minn seba’ xhur fit-tmexxija. Bruno Saltor inħatar bħala coach temporanju fi Stamford Bridge, iżda l-club tal-Premier League se jkun qed ifittex manager ġdid għall-2023-24.
Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li l-coach ta’ Napoli, Luciano Spalletti, huwa fost il-profili li jinsab taħt għajnejn il-Blues għall-istaġun li ġej.
Il-kuntratt ta’ Spalletti, 64 sena, jiskadi fi tmiem dan l-istaġun, iżda Napoli għandhom għażla li jestenduhulu għal staġun ieħor, sal-2024.
Il-president Aurelio De Laurentiis x’aktarx se jitkellem mat-tattiku minn Toscana fil-ġimgħat li ġejjin, jipprova biex jinnegozja ftehim ġdid mal-persuna li qed imexxi lil Napoli lejn ir-rebħ tat-tielet Scudetto tagħhom fl-istorja.
Il-kandidat l-ieħor tas-Serie A li qed jissemma’ ma’ Chelsea huwa l-Portugiż, José Mourinho ta’ Roma, li għandu kuntratt fi Stadio Olimpico sal-2024.
Madankollu, li “Special One” nhar il-Ħadd qal li “kultant il-kuntratti m’humiex daqshekk important” u dan jissuġġerixxi li jista’ ma jkomplix ma’ Ruma lil hinn mis-sajf li ġej.
Rapporti oħrajn qalu: “B’fattur ta’ persunal għoli daqshekk kbir u sens ta’ awto li kiber differenti, jista’ jkun hemm xi loġika li r-raġel li mexxa lil Chelsea f’aktar logħob minn kull team ieħor f’dan is-seklu jerġa’ jinġieb lura.”
LUIS ENRIQUE FAVORIT
L-eks coach ta’ Barcelona u Spanja, Luis Enrique, tfaċċa bħala l-kandidat favorit biex jieħu post Graham Potter ma’ Chelsea għalkemm il-Blues iridu jintervistaw kandidati oħra li huma Luciano Spalletti, Julian Nagelsmann u Mauricio Pochettino waqt li Ruben Amorim ta’ Sporting Lisbon u Oliver Glasnet ta’ Eintracht Frankfurt huma taħt konsiderazzjoni wkoll.
Sadanittant, Potter irrifjuta ċ-ċans li jingħaqad ma’ Leicester City wara li dawn keċċew lil Brendan Rodgers meta se jistenna sas-sajf li ġej qabel ma jingħaqad ma’ club ieħor.