Il-kowċ ta’ Napoli Luciano Spalletti ġie vvutat bħala l-aqwa manager tas-Serie A għax-xahar t’Ottubru.
Spalletti, li għandu 63 sena, mexxa lill-Partenopei għal rebħa wara l-oħra fix-xahar t’Ottubru hekk kif it-tim tiegħu żamm l-ewwel post tal-klassifika b’mod konsistenti u mexa wkoll għall-fażi li jmiss tal-UEFA Champions League.
Spalletti ilu kowċ ta’ Napoli sa mis-sena 2021 fejn minn 65 partita, rebaħ 42 partita, ġie dro fi 11-il okkażjoni filwaqt li tilef biss 12-il logħba.