Wednesday, October 23, 2024

Luigi Zammit rikonoxxut għas-sostenn tiegħu lejn student ieħor

Aqra wkoll

Luigi Zammit, student ta’ 13-il sena fl-Iskola Sekondarja fil-Kulleġġ San Injazju huwa r-rebbieħ tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2023 wara li bl-imġiba kien qiegħed ikun ta’ sostenn għal student ieħor.

Fil-kummenti tiegħu waqt il-preżentazzjoni tal-premju, il-President George Vella qal li Luigi qiegħed joffri ġest sempliċi li forsi għalih hu naturali li jagħmlu però huwa ġest b’saħħtu li jispira mogħdrija u rispett lejn għajru.

Luigi kien qiegħed jagħmel minn kollox biex jagħti kas għall-bżonnijiet ta’ Andrea u joqgħod ħafna attent biex dan jieħu ħsieb saħħtu.

Meta jara li jkun qed jaqta’ qalbu dwar xi ħaġa Luigi jlissinlu kliem ta kuraġġ, anka waqt il-logħob u jħeġġu jilgħab ma’ sħabu l-oħrajn.

L għalliema raw li Luigi kien qiegħed jagħmel dawn l-atti ta’ tjubija b’mod konsistenti u minn rajh għalhekk ħassew li kellhom jinnominawh għal dan il-premju li tant jixraqlu.

Sport