Il-winger ta’ Liverpool, Luis Diaz, mistenni jdum barra mill-azzjoni għal tliet xhur wara li saritlu operazzjoni f’irkopptu.
L-attakkant Kolumbjan sofra injury kontra Arsenal, f’Ottubru li għadda, u dam barra għal xahrejn iżda dan l-aħħardeher li ġie s’siktu għal kollox hekk kif huwa vvjaġġa lejn Dubai għal training camp mal-iskwadra tar-Reds.
Madankollu, wara li esperjenza aktar kumplikazzjonijiet ta’ din l-injury huwa kellu jintbagħat lura l-Ingilterra fejn sarlu intervent kirurġiku fil-ligament kollaterali laterali u għaldaqstant mhux se jirritorna qabel nofs Marzu.
Dan ifisser li se jitlef il-logħba mill-kwarti-finali tal- UEFA Champions League kontra Real Madrid.
Sadanittant sar magħruf li l-midfielder offensiv Brażiljan, Roberto Firmino, qed jiġi segwit mill-club tal-Arabja Sawdija, Al-Nassr.
Dan huwa l-istess club li kien qed jiġri wara l-firma ta’ Cristiano Ronaldo fejn kienet ħarġet l-aħbar li ngħata kuntratt ta’ £400 miljun fuq tliet snin. Iżda l-attakkant Portugiż ċaħad rapporti li huwa se jingħaqad magħhom.
Intant, rapporti qed isostnu li Firmino se jirċievi pakkett finanzjarju qawwi jekk jiddeċiedi li jingħaqad ma’ Al-Nassr.