Saturday, September 14, 2024

Luis Enrique jfaħħar lill-plejers tiegħu

Aqra wkoll

Wara li rebħu l-ewwel partita ta’ ħbiberija uffiċjali tagħhom kontra Le Havre bl-iskor ta’ 2-0, Paris St Germain setgħu jiġu biss fi dro ta’ mingħajr gowls kontra Al Nassr ta’ Cristiano Ronaldo.

Wara din il-logħba tkellem il-kowċ ta’ PSG Luis Enrique fejn qal li l-plejers tiegħu kellhom logħba fiżika ħafna filwaqt li kien jonqos biss il-gowl sabiex jirbħu din il-logħba.

Enrique tkellem ukoll dwar l-ewwel jiem bħala kowċ ta’ dan it-tim Pariġin u qal li għandu fi ħdanu grupp ta’ plejers li għandhom l-għatx għar-rebħ tal-unuri.

Ekonomija

Sport