L-attakkant internazzjonali Serb Luka Jovic wettaq l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ kemm ilu li ngħaqad ma’ AC Milan taħt il-gwida tal-kowċ Stefano Pioli.
Jovic irritorna f’Milan wara li kellu l-impenji tiegħu mat-tim nazzjonali Serb u jinsab motivat li jagħti l-aqwa tiegħu sabiex jgħinhom iwettqu l-objettivi staġjonali tagħhom.
Jovic għandu 25 sena u sal-istaġun li għadda kien jilgħab ma’ Fiorentina.