Friday, October 18, 2024

Luka Jovic suġġett ta’ interess minn Arsenal

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Real Madrid Luka Jovic huwa s-suġġett ta’ interess minn Arsenal.

L-internazzjonali Serb ma rnexxielux jilħaq l-aspettattivi minn meta għamel il-pass lejn il-Bernabeu mingħand Eintracht Frankfurt fl-2019, fejn skorja żewġ goals biss f’35 dehra għal Los Blancos.

Jovic iffirma mill-ġdid ma’ Frankfurt b’self matul il-istaġun 2020-21 qabel ma rritorna Madrid, iżda ż-żagħżugħ ta’ 23 sena mhux mistenni li jkun fuq il-kotba fil-kapitali Spanjola għal ħafna iktar.

Arsenal jinsabu interessati f’Jovic fost inċertezza dwar il-futur ta’ Alexandre Lacazette, bil-Franċiż jisnab fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu fl-Emirates Stadium.

Madankollu, West Ham United jinsabu wkoll fit-tellieqa għall-akkwist tiegħu, filwaqt li Jovic innifsu x’aktarx joħroġ l-interess mill-Premier League sabiex jirritorna l-Ġermanja jew jiffirma għall-club fis-Serie A.

Sport