Kienu ftit ġimgħat impenjattivi għal Luka Modric. Wara li evita għal ftit li jirbaħ il-UEFA Nations League mal-Kroazja, dan l-aħħar il-player ta’ 37 sena ħabbar ukoll il-kuntratt il-ġdid tiegħu ma’ Real Madrid, għal mill-inqas staġun ieħor.
Il-ġranet ta’ Modric mhux qed isiru aktar kwieti, bl-aġenzija tal-aħbarijiet ‘Hina’ tal-Kroazja tirrapporta li l-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-belt ta’ Osijek akkużah li ta xhieda falza waqt proċess fl-2017.
Il-ġuri inkwistjoni kien jinvolvi allegazzjonijiet ta’ evażjoni tat-taxxa u misapproprjazzjoni minn uffiċjali għolja ta’ Dinamo Zagreb fit-trasferimenti ta’ Modric lil Tottenham Hotspur u Dejan Lovren, li kien akkużat bl-istess reat, lejn Lyon.
Modric u Lovren diġà kellhom allegazzjonijiet simili mressqa kontrihom fl-2017 u fl-2018, għalkemm dawk iż-żminijiet ma qatgħu xejn.
S’issa għadu mhux magħruf x’se jiġri dwar dawn l-aħħar allegazzjonijiet li saru fuq il-midfielder ta’ Real Madrid.