Luka Modric għandu żewġ offerti fuq il-mejda biex iħalli lil Real Madrid matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-midfielder veteran seraq ix-xena din il-ġimgħa wara li pproduċa assist notevoli għal Rodrygo waqt il-partita mill-isbaħ tal-Los Blancos kontra Chelsea fiċ-Champions League.
Wara l-partita, il-player ta’ 36 sena qal li t-taħditiet dwar kuntratt ma’ Real jistgħu jistennew, u stqarr li se jiddeċiedi l-futur tiegħu sena b’sena.
Huwa mifhum li Real mhux se jkollhom triq ċara biex iżommu s-servizzi tal-player leġġendarju tagħhom għall-istaġun 2022-23.
Jidher li Juventus u club fil-Qatar infurmaw lir-rappreżentanti tiegħu li jridu jakkwistaw lil Modric bi free transfer aktar tard din is-sena.
Minkejja l-interess, Modric mhux probabbli li jieħu xi deċiżjoni dwar il-futur tiegħu filwaqt li Real għadhom qed jikkompetu għall-unuri.