Sunday, December 29, 2024

Luka Modric se jibqa’ jilgħab għall-Kroazja għal sena oħra

Aqra wkoll

Il-midfielder tal-Kroazja, Luka Modric, ikkonferma li se jibqa’ jilgħab għal pajjiżu sal-2023 meta tintlagħab il-kompetizzjonio tal-UEFA Nations League biex imbagħad jirtira mix-xena internazzjonali. 

Il-midfieler ta’ Real Madrid, 37 sena, jinsab riesaq lejn tmiem il-karriera tiegħu iżda xorta waħda għadu pedina importanti kemm għall-Madrileni kif ukoll għall-Kroazja. 

Huwa kien l-ispirazzjoni ewlenija biex il-Kroati temmew fit-tielet post ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta għelbu lill-Marokk bl-iskor ta’ 2-1. 

“Irrid nimxi pass pass. Il-pjan tiegħi huwa li nilgħab fil-UEFA Nations League. Nemmen li għad għandi x’noffri lit-team nazzjonali. U mbagħad wisq probabbli nieqaf. 

“Peró se nħalli l-bieb imbexxaq biex nara kif inħossni jekk inkunx għadni b’saħħti fiżikament u mentalment biex nibqa’ nilgħab fl-ogħla livelli,” temm jgħid Modric. 

Ekonomija

Sport