Jordan Lukaku, li jiġi ħu l-iskorer prolifiku Belġjan Romelu, se jkompli l-karriera tiegħu fit-Turkija ma’ Adanaspor. Dan tal-aħħar kien aġent ħieles wara li skadielu l-kuntratt ma’ Ponferradina fit-tieni diviżjoni Spanjola.
Jordan lagħab ukoll ma’ Lazio u Vicenza u normalment jilgħab bħala difensur xellugi.
Adanaspor taw merħba lil Jordan u faħħru ħafna l-kwalitajiet difensivi tiegħu tant li se jsaħħaħ sew dan id-dipartiment tant importanti.