L-attakkant internazzjonali Belġjan, Romelu Lukaku, ma rnexxielux jirkupra mill-injury li sofra fil-bidu ta’ dan ix-xahar u skont stazzjon tat-televiżjoni tal-pajjiż, hu se jitlef l-ewwel żewġ logħbiet mit-tazza tad-dinja 2022 kontra l-Kanada u l-Marokk.
Mill-banda l-oħra, Lukaku mistenni jkun fl-iskwadra għall-partita deċiżiva kontra l-Kroazja għal min eventwalment jista’ jirbaħ il-grupp.
Sadanittant f’dan tmiem il-ġimgħa, Lukaku ma tħarriġx mal-iskwadra u ħadem b’mod individwali mal-fiżjoterapista tat-tim.