West Ham United ħabbru li l-goalkeeper, Lukasz Fabianski, iffirma estensjoni tal-kuntratt sas-sajf tal-2023.
Il-goalkeeper ta’ 37 sena se jibqa’ mal-Hammers għall-ħames staġun u għandu l-għażla li jestendi l-ftehim il-ġdid tiegħu b’sena oħra.
Fabianski kien player regolari tal-ewwel team bejn il-lasti tal-Hammers sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Swansea City lura fl-2018, u għamel 138 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha inklużi 37 partita fil-Premier League matul l-istaġun li għadda.