Il-plejer ta’ Qormi Daikin Luke Bajada rebaħ il-plejer tas-sena tal-hockey għall-istaġun 2024/25. Bajada, li għandu 20 sena, spikka fl-istaġun li għadda hekk kif għen lit-tim tiegħu jirbaħ kull tazza tal-hockey lokali inkluż ir-rebħ tal-kampjonat. Hu skorja diversi gowls sabiex xpruna lit-tim lejn is-suċċessi finali. Bajada kien ukoll fundamentali sabiex Qormi Daikin rebħu l-EuroHockey Club Challenge Diviżjoni 3 li sar f’Oslo in-Norveġja.
Bajada ilu membru mat-tim ta’ Qormi Daikin sa minn meta kien żgħir u hu membru attiv fit-tim nazzjonali Malti tal-Hockey.
Il-president tal-Malta Hockey Association David Agius ippreżenta l-unur ta’ plejer tas-sena lill-istess Luke Bajada.