Friday, May 9, 2025

Luke Borg u Diana Muscat jirbħu l-unuri fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Mountain Bike tal-2025

Aqra wkoll

Luke Borg żamm it-titlu ta’ Champion Nazzjonali, filwaqt li Diana Muscat rebħet l-ewwel titlu tagħha nhar il-Ħadd, meta l-Malta Mountain Bike Association ospitat il-Kampjonati Nazzjonali Cisk 0.0 f’Pembroke.

Il-korsa tat-tellieqa li ġiet mibdula b’mod sinifikanti mill-edizzjonijiet preċedenti, ġiet ddisinjat b’attenzjoni mill-Assoċjazzjoni sabiex jipprovdi sfida aktar interessanti u varjata. Il-parteċipanti affrontaw taħlita ta’ dawriet tekniċi, aktar switchbacks, u sezzjoni ġdida f’żona tal-blat, li kollha flimkien żiedu mal-karattru dinamiku u ta’ sfida tar-rotta cross-country.

B’determinazzjoni li jżid ieħor mat-titli tiegħu, Luke Borg kien l-ewwel wieħed li ħareġ fuq quddiem biex assigura post quddiem hekk kif il-parteċipanti kellhom parti mir-rotta li tgħaddi minn mogħdija dejqa. Fl-ewwel dawra, Borg kien qed fuq quddiem flimkien ma’ Clyve Chetcuti, Stefan Scerri u Brandon Sultana, iżda fit-tieni dawra,  Mark Bonnici kien diġà avvanza fuq Scerri u Sultana biex jieħu t-tielet post. Dawn il-pożizzjonijiet baqgħu mingħajr tibdil sad-dawra finali, li rat lil Borg, Chetcuti u Bonnici jikkompletaw il-podju tal-Elite, b’Borg jerġa’ jakkwista t-titlu ta’ Champion Nazzjonali.

Diana Muscat waqqfet distakk komdu kmieni fit-tellieqa tan-Nisa, u żammet il-pożizzjoni tagħha sal-aħħar tal-ħames dawra biex kisbet l-ewwel titlu nazzjonali tagħha. Lara Buttigieg kisbet it-tieni post, filwaqt li Fiona Tedesco spiċċat ftit wara fit-tielet post.

Fil-Kategorija Sport, Robert Grech, Josmar Vella u Christian Zammit ħadu l-pożizzjonijiet tal-podju. Il-kategorija tal-40+ ntrebħet minn Jeffrey Borg, segwit minn Alex Portelli u Gordon Zahra. Stephen Grima rebaħ il-kategorija tal-50+, b’Mark Portelli u Martin Hamilton jikkompletaw il-podju.

Ma kienx hemm nuqqas ta’ azzjoni kompetittiva fil-Kategoriji tal-Juniors. Fil-kategorija U19, Matthias Gauci, Matthias Abela Criminale u Josch Louro ħadu l-pożizzjonijiet tal-podju. Il-kategorija U17 Boys rat prestazzjonijiet b’saħħita minn Liam Daly, Denzil Borg u Simon Vella. Waħda mill-aktar tellieqi kkontestati kienet dik tal-U15 Boys, fejn Neil Cassar akkwista vantaġġ tajjeb biex spiċċa fuq quddiem ta’ Jake Refalo u Ethan Cumbo. 

Fit-tellieqa tal-U15 Girls, Katie Anne Vella Wood tat prestazzjoni notevoli biex rebħet l-ewwel titlu tagħha fil-kategorija, b’Nina Debono Curmi u Kim Micallef Cann jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Nolan Tabone, Kruiven Farrugia u Andrew Spiteri kienu l-ewwel tlieta fil-kategorija U12 Boys, filwaqt li Amy Micallef Cann u Zaliya Dimech ikkompletaw il-podju tal-U12 Girls.

Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti, kien preżenti għall-Kampjonati Nazzjonali Cisk 0.0 u ppreżenta l-midalji lir-rebbieħa.

“L-ewwel nett, nirringrazzjaw minn qalbna lill-voluntiera u  dawk il-ġenituri li taw sehmom f’dawn il-Kampjonati. L-involviment tagħhom kien kruċjali biex l-avveniment seta’ jsir. Mingħajr l-impenn ta’ dawn l-individwi, l-Assoċjazzjoni ma tkunx tista’ torganizza dawn l-avvenimenti,” qal Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association. “Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lil Cisk 0.0 Lager għall-appoġġ kontinwu tagħhom kif ukoll lill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u lill-Pulizija tal-Komunita.”

L-Assoċjazzjoni issa tħares lejn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, fejn Malta se tkun irrappreżentata minn Luke Borg, Clyve Chetcuti u Stefan Scerri, bil-President Pierre Zammit Endrich u Mark Bonnici joffru l-appoġġ tekniku. Il-Logħob se jsir f’Andorra bejn is-26 u l-31 ta’ Mejju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport