L-atleta Malti Luke Micallef Perconte rebaħ il-midalja tal-bronż fl-10,000m li saret aktar kmieni llum.
Oriġinarjament Micallef Perconte kien daħal fir-raba’ post, iżda l-atleta li daħal fit-tielet post, l-islandiż Hlynur Andresson, safa’ skwalifikat hekk kif kien liebes żarbun mhux permess mir-regolamenti.
Il-ħin ta’ Micallef, u li rebħu l-bronż, kien ta’ 31:26.75.