Tuesday, May 20, 2025

Luke Montebello mistenni li jsir player ta’ Sliema Wanderers FC fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

L-attakant internazzjonali Malti Luke Montebello mistenni li jsir player ta’ Sliema Wanderers FC fis-sigħat li ġejjin f’wieħed mill-ewwel akkwisti lit-tmexxija tal-Wanderers mistennija li tagħmel matul dan is-suq ta’ trasferimenti.

Minkejja li Sliema ma rnexxielhomx jikkwalfikaw sabiex jikkompettu f’kompetizzjoni Ewropeja, it-tmexxija tal-klabb tinsab determinata li lis-skwadra tkompli tissaħħaħ minkejja l-introjtu finanzjarju mill-kompetizzjoni Ewropeja mhux ħa jasal.

Minn informazzjoni li għanda din il-paġna Sliema u Montebello ilhom għaddejjin b’negozjati għal dawn l-aħħar ġimgħat wara li l-plejer kien liberu li jinnegozzja ma’ liema klabb ried hekk kif il-kuntratt li kellu ma’ Hamrun Spartans kien ġie terminat lejn l-aħħar parti tal-istaġun.

Matul l-istaġun 2024 / 2025 Montebello skorja xejn anqas minn 11-il gowl ma’ Hamrun minkejja li ma temmx l-istaġun. Minkejja li għandu 29 sena, Luke Montebello huwa meqjus fost l-aqwa attakanti Maltin fil-mument. Tul il-karriera tiegħu huwa lagħab fost l-oħrajn ma’ Valletta FC u Birkirkara FC kif ukoll f’kull selezzjoni tat-tim nazzjonali Malti.

L-istess sorsi kkonfermaw magħna li apparti Montebello, fil-ħin li ġej Sliema se jkunu qed iħabbru numru ta’ akkwisti oħra li fil-mumenti jinsabu pass biss il-bogħod milli jiffinalizzaw in-negozjati tagħhom mal-Wanderers.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport