Il-manager temporanju ta’ Manchester United Ralf Rangnick qal li Luke Shaw jista’ jkun disponibbli għall-konfront taċ-Champions League ta’ nhar l-Erbgħa ma’ Young Boys f’Old Trafford.
L-internazzjonali Ingliż tilef l-aħħar erba’ partiti tat-team tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha, wara li sofra injury f’rasu waqt it-telfa ta’ 4-1 kontra Watford fl-20 ta’ Novembru.
Shaw kien mistenni wkoll li jkun barra mill-azzjoni għall-partita Ewropea ta’ nhar l-Erbgħa ma’ Young Boys, iżda Rangnick issuġġerixxa li d-difensur xellugi jista’ jagħmel ir-ritorn tiegħu kontra l-club Żvizzeru.
“Aaron Wan-Bissaka jista’ jilgħab, nisperaw li anke Luke Shaw ikun disponibbli għal-logħba. Nemanja Matic se jkun il-captain.” qal Rangnick.
In-nuqqas ta’ Shaw fetaħ il-bibien għal Alex Telles biex jiġi utilizzat bħala difensur xellugi, u l-Brażiljan jidher li huwa ammirat ferm minn Rangnick.
Dean Henderson, Donny van de Beek u Nemanja Matic ġew ikkonfermati wkoll bħala players definiti għar-Red Devils nhar l-Erbgħa, b’Man Utd diġà qed kisbu post fl-istadju tal-aħħar 16 tal-kompetizzjoni bħala r-rebbieħa ta’ Grupp F.