Sunday, December 22, 2024

Lula jirritorna bħala President tal-Brażil

Aqra wkoll

Il-politika ġewwa l-Brażil issa nqalbet għan-naħa xellugija hekk kif Luiz Inácio Lula da Silva għeleb lil Jair Bolsonaro fl-elezzjoni Presidenzjali. 

Wara kampanja elettorali li kienet deskritta bħala waħda diviżiva bejn dawn iż-żewġ kandidati rivali, Lula – li fil-passat kien diġà okkupa l-kariga ta’ President – kiseb 50.9% tal-voti. Dan kien biżżejjed biex rebaħ fuq l-eks President Jair Bolsonaro u dan minkejja li l-attivisti ta’ dan tal-aħħar kienu kunfidenti ħafna li l-kandidat tagħhom kien se joħroġ rebbieħ. 

Minkejja li issa r-riżultat huwa magħruf, bosta jemmnu li l-firda li kien hemm waqt il-kampanja elettorali mhix se tgħosfor kien ġieb u laħaq. 

It-trijonf ta’ Lula kien wieħed sorprendenti speċjalment meta wieħed jiftakar kif dan il-kandidat ma setax jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali preċedenti – dik tal-2018 – minħabba li dakinhar kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ ħabs u kien ipprojbit milli jokkupa kariga uffiċjali. 

Hu kien spiċċa l-ħabs wara li sar magħruf li meta kien president kien irċieva tixħim minn kumpanija tal-kostruzzjoni. Hu kien qatta’ 580 jum fil-ħabs sakemm il-kundanna ġiet annullata u seta’ jerġa’ jidħol fix-xena politika. 

Kien proprju fid-dawl ta’ dan li fl-ewwel kumment tiegħu wara r-rebħa Lula qal li, “ipprovaw jidfnuni ħaj, imma hawn jien”.

Ekonomija

Sport