Wednesday, July 24, 2024

Lura l-Qorti biex jaffaċċja akkużi ta’ serq

Aqra wkoll

Raġel li bħalissa jinsab il-Ħabs reġa’ spiċċa fil-Qorti biex jaffaċċja akkużi dwar serqa li seħħet minn residenza tliet xhur ilu.

Aaron Steven Stuart Edward Ritchie ta’ 40 sena minn Bormla kien mixli b’serq aggravat, li kiser il-probation u li kiser tliet digrieti relatati mal-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Is-serqa allegatament seħħet fl-14 ta’ Frar li għadda minn residenza f’Ħal Balzan. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda baqa’ jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Etienne Savona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Christina Delia u Jeffrey Scicluna.

L-Avukat Victor Bugeja deher għal Ritchie.

Ekonomija

Sport