Wednesday, March 18, 2026

Lura l-qorti fuq allegat serq aggravat ta’ mobile

Aqra wkoll

Awet Estif Anos, ta’ 35 sena, ittella’ quddiem il-Maġistrat Carolina Farrugia Frendo nhar l-Erbgħa filgħodu, fuq serq aggravat ta’ mobile li jeċċedi l-€232.94, iżda ma jeċċedix l-€2,329.37 ġewwa Marsa Park & Ride.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll illi talli fl-istess żmien, huwa rrenda ruħu bħala reċidiv fuq sentenzi oħra li saru definittivi u ma jistgħux jinbidlu, kif ukoll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża mogħtija lilu fl-2024.

Il-vittma pprovdiet l-investigaturi b’filmat ta’ 20 sekonda fejn allegatament jidher l-akkużat iwettaq ir-reat.

Uffiċjala tal-pulizija analizzaw il-filmat, u l-għada waqt ronda l-Marsa raw raġel bl-istess deskrizzjoni, liebes l-istess ħwejjeġ fil-filmat. Hu ġie arrestat fuq il-post.

Il-validità tal-arrest ma kienx ikkontestat min-naħa tad-diviża, kif ukoll ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li m’għandux indirizza fiss.

L-Ispettur Ian Vella mexxa l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukata Marcea Fenech mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall-imputat bħala għajnuna legali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport