Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrew’s bdew l-istaġun 2024/25 b’mod pożittiv meta kisbu l-ewwel rebħa fl-Enemed Futsal League wara li għelbu lil Ta’ Xbiex 10-3.
It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kien diġa’ stabilixxa vantaġġ ta’ 7-2 sa tmiem l-ewwel taqsima u kompla jamministra l-logħba sal-aħħar.
Lucas Da Conceicao, Eric De Oliveira u Jhonn Castro Pulido skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Marrwan Telisi, Jefferson Breno, Mark Zammit u ż-żagħżugħ Nathan Cope għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Ta’ Xbiex naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Sebastian Obando, Giancarlo Sammut u Juan Bautista Conde.
Referees kienu Andrea Naudi u Stephen Vella.
L-isfidanti għat-titlu tal-istaġun li għadda iġifieri l-Universita’ ta’ Malta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 9-0.
Zvezdan Vukovic, Andre Cachia u Luke Anthony Borg kienu awturi ta’ doppjetta kull wieħed bi Steven Camilleri, Cleavon Portelli u Dusan Petrovic li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Referees kienu Clinton Cassar u Danilo Francalanza.
Swieqi United Futsal LEC 07 għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s Futsal 7-1.
It-tim bil-flokkijiet oranġjo skorjaw il-gowls kollha tagħhom fl-ewwel taqsima b’Marcelo Alarcon, Dylan Musu u Rodrigo Rocha li kienu ta’ ispirazzjoni għal sħabhom wara li skorjaw doppjetta kull wieħed. Dylan Pace kien ukoll parti mill-iskorers b’Birżebbuġa li skorjaw l-uniku gowl tagħhom grazzi għal Armando Gjepali.
Referees kienu Stephen Vella u Andrea Naudi.
Marsaskala Futsal Legends għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena 14-5.
Josef Balzan, Owen Duca, Hugo Vinicius u Cristian Fernandez skorjaw żewġ gowls kull wieħed sabiex Jovica Milijic, Dale Valletta, Amir Ashtiyani, Craig Pickard, Ryan Pisani u Bertram Azzopardi komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.
Kaden Baldacchino, Francesco Vella Critien, Nickolai Cocker, Benjamin Spiteri u Andrew Grima kienu l-awturi tal-gowls għaż-żgħażagħ Maltin.
Referees kienu Danilo Francalanza u Marco Orazio la Rosa.