Saturday, September 14, 2024

Luxol jitilfu kontra Loznica Grad minkejja wirja qalbenija

Aqra wkoll

Luxol St Andrew’s tilfu t-tieni partita tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League hekk kif sfaw megħluba mit-tim ospitu Loznica Grad 2018 bl-iskor ta’ 3-1.

Minkejja li ċ-champions Maltin taw wirja qalbenija, it-tim mis-Serbja ħa vantaġġ minn mument pożittiv lejn l-aħħar tal-logħba sabiex ħa l-ewwel tliet punti tal-kompetizzjoni wara li fl-ewwel ħarġa tagħhom kienu tilfu kontra l-Belġjani ta’ Anderlecht.

Wara perjodu ta’ studju miż-żewġ timijiet, kienu Loznica li marru minn fuq minuta minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Dorde Rozic.

Fit-tieni taqsima, Luxol fetħu tajjeb u ġabu l-iskor indaqs fit-28 minuta permezz ta’ Celino Alves.

Is-Serbi baqgħu jżommu l-kalma u bejn l-34 minuta u s-36 minuta għamlu l-iskor 3-1 wara gowls ta’ Marko Radovanovic u Eduardo Machado.

Luxol jilagħbu l-aħħar logħba tagħhom f’din il-kompetizzjoni meta fil-5.30pm jaffaċċjaw lil Sporting Anderlecht li min-naħa tagħhom tilfu kontra l-leaders tal-grupp Barcelona bl-iskor ta’ 2-1.

Ekonomija

Sport