Thursday, May 22, 2025

Luxol St Andrew’s jirbħu l-ewwel finali tal-Enemed Futsal Premier League

Aqra wkoll

Iċ-champions Luxol St Andrew’s rebħu l-ewwel finali tal-Enemed Futsal Premier League wara li għelbu lil Swieqi United LEC07 8-6.

Kienet logħba missielta fejn għalkemm Luxol iddominaw il-pussess għalkemm Swieqi kellhom il-mumenti tagħhom u ħadu vantaġġ minn xi żbalji difensivi tal-avversarji fejn skorjaw xi gowls u naqqsu l-marġni tal-iskor.

L-aħħar 60 sekonda kienu intensivi hekk kif Swieqi intensifikaw l-attakki tagħhom bid-difiża ta’ Luxol li żammet sod.

Maicon skorja tripletta għal Luxol b’Victor Dias, Jefferson Breno, Everton Veve, Celino Alves u Luis Henrique żiedu aktar gowls għat-tim rebbieħ.

Swieqi rrispondew b’doppjetta ta’ Marcelo Alarcon filwaqt Guillherme Fonseca, Roller Cruz u Karl Luke Schembri u awtogowl ta’ Clint Mifsud niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers.

Nhar il-Ġimgħa tintlagħab it-tieni finali ta’ din il-kompetizzjoni u jekk Luxol jirbħu, jikkonfermaw it-titlu għal sena oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport