L-avventura ta’ Lyanco Evangelista Silveira ma’ Southampton tidher mitmuma hekk kif il-plejer ta’ 26 sena qed jiġi attirat minn offerta li għamlulu Besiktas tat-Turkija. Dan l-eks plejer ta’ Torino, diġa’ tkellem mad-diriġenti tat-tim li jilgħab fil-Vodafone Stadium u jidher biss li fadal l-aħħar dettalji sabiex kollox jiġi miftiehem.
Lyanco kien ilu ma’ Southampton sa mis-sena 2021 fejn skorja gowl wieħed biss minn 36 logħba.