Lyndsay Pace, il-kantawtriċi lokali għadha kif ħabbret li ġiet nominata għall-World Entertainment Awards bil-kanzunetta tagħha “Trippin’”, meħuda mill-album tagħha fil-kategorija ta’ Best Pop Song.
Din il-kanzunetta hija waħda mexxejja u kurrenti li ġġorr magħha messaġġ tassew pożittiv. “Qatt m’għandek taqta’ qalbek fil-ħajja”, tispjega Lyndsay. “Dejjem emmen fik innifsek biex twettaq il-ħolm tiegħek!”
Lyndsay tinsab ħerqana biex tkun parti minn dan l-avveniment prestiġjuż ġewwa Hollywood, Los Angeles li se jsir propju s-sena d-dieħla f’Jannar fost bosta artisti oħra mhux biss mil-industrija tal-mużika iżda wkoll mil-qasam tal-films, tal-moda u setturi tal-kreattivitá.
Minnufih, l-għan ewlieni ta’ din iċ-ċerimonja huwa li jservi bħala ċelebrazzjoni ta’ talent mid-dinja kollha u tagħti l-premijiet kif inhu xieraq.