Meta ntlagħab it-tielet round tal-FA Cup, ma kien l-ebda sorpriża kontra t-timijiet tal-Premier League li jfisser … kollha għaddew għar-round li jmiss dawk li lagħbu kontra timijiet ta’ diviżjonijiet inferjuri.
Sunderland v Newcastle – Fli Stadium of Light Newcastle rebħu d-derby ta’ Tyne-Wear meta għelbu lil Sunderland, li jilagħbu fiċ- Championship, bl-iskor ta’ 3-0.
Il-protagonista kien Alexander Isak (46, 92) li skorja doppjetta wara li l-Magpies fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Daniel Ballard (35).
QPR v Bournemouth – Barra minn darhom, Bourne mouth kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team taċ-Championship bl-iskor ta’ 3-2.
Ir-Rangers kienu resqin lejn sorpriża meta fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Sinclair Armstrong (40) u Lyndon Dykes (42) iżda ċ-Cherries dawru telfa f’rebħa b’goals minn Marcus Tavernier (49), Kieffer Moore (58) u Justin Kluivert (69).
Stoke v Brighton – Brigh-ton marru fil-bet365 Stadium u għelbu lit-team taċ-Championship, Stoke City, bl-iskor ta’ 4-2.
Il-goals wa’ Brighton waslu minn Pervis Estupinan (45), Lewis Dunk (52) u doppjetta minn Joao Pedro (71, 80) filwaqt li dawk ta’ Stoke ġew skorjati minn auto-goal ta’ Jan Paul van Hecke (16) u Lewis Baker (63 pen).
Chelsea v Preston – Chelsea għelbu lil Preston taċ-Championship bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jiġu skorjati wara l-mistrieħ minn Armando Broja (58), Thiago Silva (66), Raheem Sterling (69) u Enzo Fernandez (85).
Middlesbro v Aston Villa – F’partita diffiċli, Aston Villa għelbu lil Middlesbrough taċ-championship 1-0 bil-goal importanti jasal tliet minuti mit-tmiem minn Matty Cash.
Brentford v Wolves – Wolves sfurzaw replay meta minkejja li kienu bi player inqas għal aktar minn 80 minuta, meta tkeċċa Joao Gomes (9), temmew fi draw ta’ 1-1 għand Brentford.
Kien Neal Maupay (41) li fetaħ l-iskor għall-Bees iżda Tommy Doyle (64) kiseb id-draw għal Wolves.
Fulham v Rotherham – Fulham ospitaw lit-team taċ-Championship, Rotherham, u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Bobby Reid (24).
Tottenham v Burnley – Anke Tottenham ħarġu rebbieħa 1-0, din id-darba kontra Burnley, bil-goal li għamel id-differenza kien kanunata ta’ Pedro Porro (78) minn barra l-kaxxa.