Thursday, August 14, 2025

‘Ma’ Hibernians FC għandi l-aqwa aspettattivi possibbli … nittama li jkolli staġun aħjar minn dak ta’ qabel u ngħin lit-tim jikseb affarijiet kbar matul l-istaġun’ – Joao Teixeira

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet meta kont tifel, jien Brażiljan u kif kulħadd jaf li huwa l-pajjiż tal-futbol, ​​hemm kważi t-tfal kollha joħolmu li jkunu plejers professjonali, aħna trabbejna nilagħbu l-futbol sakemm din saret il-professjoni tagħna!

Kif ġejt tilgħab Malta?

Ġejt nilgħab Malta għax l-aġent tiegħi jaf lill-kowċ Mario Muscat, kellu bżonn difensur xellugi, għoġobni l-karatteristiċi tiegħi u tani l-opportunità li niġi hawn.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Hibernians FC. U x’tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma’ Mosta FC?

Jiena grat ħafna lejn Mosta FC talli fetħuli l-bibien hawn fil-kampjonat u llum ma’ Hibernians FC għandi l-aqwa aspettattivi possibbli. Nittama li jkolli staġun aħjar minn dak ta’ qabel u ngħin lit-tim jikseb affarijiet kbar matul l-istaġun. Jiena kuntent ħafna u motivat hawn biex inħallas lura l-opportunità li tawni Hibernians, permezz ta’ xogħol iebes u ħafna impenn!

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Nistqarr li ma kontx naf qabel dwar il-futbol Malti. Din hija l-ewwel darba tiegħi barra mill-Brażil, kont sorpriż bil-livell tal-kampjonat, huwa kompetittiv ħafna, il-plejers huma dixxiplinati ħafna tattikament u huwa kampjonat fiżiku ħafna, ftit differenti mill-kampjonat Brażiljan.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Il-grawnds huma impekkabbli, speċjalment dawk tal-ħaxix naturali, naħseb li huma aħjar għall-ispettaklu mill-ħaxix sintetiku, iżda b’mod ġenerali huma tajbin ħafna.

Għaddi messaġġ finali lil dawk iż-żgħażagħ li huma lesti li jibdew karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-messaġġ li nista’ ngħaddi liż-żgħażagħ huwa li l-futbol mhux faċli, jitlob ħafna fokus u impenn, li jkollok iċċedi ħafna pjaċiri fil-ħajja biex iwettqu l-iskop ta’ din il-ħolma, li jippreparaw ruħhom mentalment, fuq kollox, il-futbol se jkollu bżonn l-imħabba tiegħek għall-isport.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport