Sunday, December 22, 2024

Ma jinstabx ħati li bgħat ritratt indiċenti lil tifla… għax ratu ommha minflok

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena ma nstabx ħati li f’Jannar tal-2020 kien bgħat ritratt indiċenti lil tifla ta’ 13-il sena.

Joseph David Borg kien tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mill-Ispettur Jonathan Ransley. Hu kien akkużat bl-imsemmi każ li seħħ fit-2 ta’ Jannar ta’ sentejn ilu.

L-Ispettur qal li Borg kien bgħat ritratt tal-partijiet intimi ta’ raġel lit-tfajla li hija taħt l-età.

Waħda mix-xhieda kienet omm il-vittma fejn qalet li kienet hi l-ewwel li rat ir-ritratt. Skont l-omm hija ħadet il-mobile lit-tifla tagħha u hi bdiet titkellem ma’ Borg, filwaqt li l-akkużat kien mingħalih li qed jitkellem mat-tifla.

L-omm xheded li bintha kienet qaltilha li Borg kien dejaqha jibgħatilha l-messaġġi. Dejjem skont dak li xhedet l-omm, għalkemm meta bgħat ir-ritratt il-mobile kien għandha, xorta waħda bintha laqħet ratu minħabba li kienet ħdejha.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li mill-provi ma jirriżultax jekk it-tifla ratx ir-ritratt jew le.

Kien għalhekk li l-Qorti lliberat lil Borg bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin. Kien ordnat ukoll li jħallas €592 fi spejjeż tal-Qorti u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għal 12-il xahar.

Ekonomija

Sport