Monday, December 9, 2024

Ma jinstabx ħati li kkaġuna l-mewt ta’ anzjan f’Bormla 

Aqra wkoll

Ruben Callus ta’ 41 sena residenti l-Kalkara ġie lliberat mill-akkużi miġjuba kontrih wara li kien mixli li ħames snin ilu, b’vann, tajjar anzjan f’Bormla u kkaġunalu l-mewt.

L-inċident seħħ fl-24 ta’ Settembru 2019 fi Triq it-8 ta’ Diċembru. Il-Prosekuzzjoni qalet li mad-daqqa, l-anzjan spiċċa quddiem il-vann u sofra ġrieħi serji f’rasu u miet ftit aktar minn ġimgħa wara.

Fil-Qorti, Callus ġie mixli li b’sewqan traskurat, perikoluż u bla kont tajjar anzjan waqt li kien qed jaqsam it-triq.

Mill-provi mressqa fil-Qorti rriżulta li l-vittma kien qasam ħażin u li qasam mill-agħar parti tat-triq. Irriżulta wkoll, li l-parti tat-triq fejn seħħ l-inċident fiha ħafna dell minħabba siġar kbar.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li Callus ma kienx qed isuq b’veloċità eċċessiva u dan għaliex kien għaddej b’50 kilometru fis-siegħa. 

Fix-xhieda tiegħu, Callus qal li kien qed isuq lejn il-Birgu u meta ra lill-anzjan kien tard wisq biex iwaqqaf.  

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri.

Ekonomija

Sport