Monday, May 13, 2024

“Ma kellix iċ-ċans ngħidlek kemm jien grata … m’jien se ninsik qatt”

Bosta maħsudin bil-mewt ta' Justin Tabone

Aqra wkoll

“Insellimlek għażiż ħija. Ħija li qatt ma kont tisimgħu jilmenta. B’qalb tad-deheb lest biex jgħin lil kulħadd. Iz-ziju ta’ ibni u li kien jieħu pjaċir iqatta’ l-ħin miegħu. Kont il-pilastru tal-familja u dejjem dħalt biex tieħu d-deċiżjonijiet”.

Iddikjarat dan Amanda, oħt Justin Tabone filwaqt li stqarret li ma laħqitx kellha ċ-ċans tgħidlu kemm kienet grata li hu kien parti minn ħajjitha anke jekk wara mewtu se jibqa’ jżomm post speċjali f’qalbha.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena miet wara li waqa’ waqt li kien qed jilgħab il-futbol fil-grawnd tal-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara t-Tnejn filgħaxija.

Tabone ngħata l-ewwel għajnuna minn persuni oħra li dak il-ħin kienu qed jilagħbu fil-grawnd.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn sfortunatanent kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sport