Friday, April 10, 2026

“Ma kontx naf”… Il-President Amerikan Donald Trump jisħaq li ma kienx avżat li martu Melania se titkellem dwar Epstein

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump qal li ma kienx mgħarraf minn qabel li martu, il-first lady Melania Trump, se ttella’ konferenza tal-aħbarijiet u tindirizza allegazzjonijiet dwarha fuq il-każ jaħraq tal-Epstein files.

Trump sostna li ma kien jaf b’xejn. Ilbieraħ Melania indirizzat lill-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbret li hija ma kellhiex għarfien tal-atti kriminali tal-pedofelu Jeffrey Epstein kif ukoll li ma kellha ebda relazzjoni miegħu.

Hija tat ukoll dettalji ta’ kif hija ltaqgħet l-ewwel darba mal-biljunarju Trump fejn insistiet li ma kienx Jeffrey Epstein li introduċihom. Qalet ukoll li ma kinitx hija wkoll vittma ta’ abbuż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport