Thursday, December 26, 2024

“Ma nafx għalfejn sparawli s-suldati Russi” – Tifla Ukrena

Aqra wkoll

Sasha, tifla Ukrena ta’ 9 snin sfat vittma ta’ attakk Russu fi Kyiv u spiċċat b’id minnhom maqtugħa. Skont rapporti minn sorsi magħrufa, irriżulta li missier dit-tifla kien qed jipprova jeħles lil familtu mill-periklu tal-attakki Russi fl-Ukrajna. F’waqt minnhom ir-Russi sparawlu u ħallewh mejjet.

It-tifla rrakkontat li hi, ommha u oħtha għamlu jumejn mistħobijin minħabba l-biża’ mit-truppi tal-Kremlin. Eventwalment is-suldati Russi sabu fejn kienet qed tistkenn dil-familja flimkien ma’ nies oħra u ordnawlhom biex joħorġu minn hemm. Minkejja s-sensazzjoni ta’ biża’, ir-residenti taw l-għajnuna meħtieġa sabiex Sasha tkun tista’ tittieħed l-isptar għall-kura.

Sasha, innoċentament stqarret: “Ma nafx għalfejn sparawli r-Russi. Nittama li dan kien biss aċċident u li ma xtaqux iweġġgħuni”. 

It-tabib Gennadiy Druzenko rrimarka li Sasha hija waħda mill-iktar tfal li sofrew ġrieħi gravi.

Ekonomija

Sport