Wednesday, December 25, 2024

“Ma nafx kemm nista’ ndum nissaporti f’din il-ħajja” – Resident f’Kherson, l-Ukrajna

Aqra wkoll

F’intervista ma’ BBC Breakfast, Hussain, raġel miżżewweġ u b’tifla ta’ tliet snin li jgħix f’Kherson, waħda mill-iktar bliet importanti li waqgħet f’idejn ir-Russi l-ġimgħa l-oħra, qasam l-esperjenza tiegħu dwar il-ħajja kurrenti f’din il-belt. 

Hussain jargumenta li “Fil-fehma tiegħi, bħalissa l-ikbar preokkupazzjoni f’Kherson mhix il-gwerra, imma żewġ kwistjoniijiet differenti”. L-ewwel waħda fosthom hija l-fatt li m’hemmx rotta ċara għal dawk l-individwi li jitilqu minn Kherson, bi wħud min-nies li jaf hu pruvaw jerġgħu jirritornaw lura. Il-problema l-oħra hija n-nuqqas kbir tal-ikel – xhieda ta’ dan huma s-supermarkets vojta. Hussain innifsu jistqarr li l-uniku sors ta’ ikel li fadallu f’daru huma l-crisps u ċ-ċikkulata, u jkompli billi juri tħassib kbir dwar dan għax jistqarr li “Ma nafx kemm nista’ ndum nissaporti f’din il-ħajja”.

Minkejja li xi trakkijiet żgħar qed jirnexxilhom iwasslu l-ikel f’din il-belt, Hussain jelenka li l-kjuwijiet tan-nies huma kbar, b’mijiet ta’ persuni jistennew li jkollhom xi ħaġa tal-ikel. 

Ekonomija

Sport