Saturday, April 27, 2024

“Ma naqbilx li morna 30 sena lura … 14,000 kontenitur riċiklati fil-ġimgħa tal-festa”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Hemm min qal morna 30 sena lura b’dawn l-affarijiet. Ma naqbilx! Nibqgħu lura li kieku dan l-iskart kollu jibqa jintrema fil-miżbla.” Iddikjara dan il-Kunsillier Żebbuġi Steve Zammit Lupi filwaqt li qabbel il-magna tal-BCRS li tpoġġiet fil-pjazza waqt il-ġimgħa tal-Festa ta’ San Filep u x-xibka li kienet tpoġġiet lura fl-2019 u s-sena li għaddiet.

Zammit Lupi nnota li filwaqt li kienet xi ħaġa pożittiva li mix-xibka kienu nġabru 1,000 kontenitur, din is-sena kien hemm 14,000 kontenitur li ġew riċiklati u dan juri li bl-inċentiv tal-10 ċenteżmi l-ammont ta’ kontenituri riċiklati kien 14-il darba aktar.

Innota kif iċ-ċkejknin dawru s-sistema tar-riċiklaġġ f’logħba u li bil-vouchers marru jixtru xi ħelu mill-ħwienet. Oħrajn ġabru l-fliexken għalihom u kien hemm min sarraf b’€50 jew €100 fil-ġimgħa tal-festa.

“L-iskart hija responsabbiltà kolletiva! Irridu nnaqsu r-rimi, u li jintrema’ jrid jiġi separat u riċiklat”, sostna Zammit Lupi.

Sport