Saturday, November 9, 2024

“Ma ngħatajt l-ebda briefing mill-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia” – il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri qal li “le jien ma ngħatajt l-ebda briefing mill-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Jien ma nindaħalx fl-investigazzjoni tal-Pulizija. Id-deċiżjoni li Lawrence Cutajar ikun konsulent ittieħdet fuq l-informazzjoni li kien hemm dak iż-żmien. Kif ħarġu l-ewwel dettalji, ħadna id-deċiżjonijiet. Jien dmiri wettaqtu. Il-qrati tagħna m’għandhom iħarsu lejn wiċċ ħadd u jagħmlu l-investigazzjonijiet li hemm bżonn.”

Hu qal dan għal domanda mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li staqsa jekk meta nħatar Ministru kienx infurmat bl-aħħar żviluppi dwar il-qtil u allura kif wasal biex ħatar lil Lawrence Cutajar bħala konsulent.

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina talab lill-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri jekk hux se jerfa’ responsabbiltà politika, il-Ministru Camilleri qal li “meta ddeċidejna li jkun konsulent id-deċiżjoni ttieħdet fuq l-informazzjoni li kien hemm dakinhar. Ma tistax tgħid li ma ddeċidejtx għax meta ħarġet informazzjoni aġixxejt mill-ewwel”.

Sport