Sunday, November 24, 2024

“Ma nħallux pajjiżna b’diżrispett, iżda b’tama għall-ħelsien u d-demokrazija” 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu Siriman Coulibaly qal li ilu pajjiżna għal dawn l-aħħar erba’ snin u li martu qiegħda tistenna tarbija. Irringrazzja lill-Papa Franġisku taż-żjara tiegħu fil-Laboratorju tal-Paċi u qal li permezz ta’ din iż-żjara aktar persuni madwar id-dinja se jsiru jafu bil-ġid li joħroġ minn dan il-post.

“Ħadd minna ma jħalli art twelidu minħabba nuqqas ta’ mħabba lejn pajjiżu. Għall-kuntrarju, il-vjaġġi tagħna jibdew bit-tama lejn ħajja ġdida. Nintilqu minn pajjiżna minħabba gwerer, vjolenza u vjolazzjoni tad-drittijiet umani. Il-ħolma tagħna hija l-ħelsien, ħolma li tissejjaħ demokrazija. Aħna nemmnu li skont ma’ għallmuna, l-Ewropa tista’ toffri din it-tama ġdida”, kompla Coulibaly.

Ikompli li ħafna japprezzaw it-tbatijiet tagħhom u joffrulhom rifuġju. Minkejja dan oħrajn jieħdu vantaġġ minnhom u għax isibuhom vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni ta’ disprament. Sfortunatament ħafna nisa, irġiel u tfal jispiċċaw vittmi ta’ esplojtazzjoni.

Huwa jiddeskrivi lil dawk li jirnexxielhom isalvaw bħala “l-fortunati”, iżda ma jonqosx milli jitkellem dwar l-inċertezza tagħhom li jaslu f’art ġdida u li jagħmlu perjodu ta’ żmien b’nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-futur tagħhom. Tkellem dwar dawk li jispiċċaw bit-talba tal-ażil miċħuda u li ma jkunux jistgħu jmorru lura lejn pajjiżhom minħabba periklu fuq ħajjithom. 

Huwa rringrazzjah taż-żjara tiegħu fil-Laboratorju tal-Paċi u li għalih dawn il-mumenti huma turija ta’ rispett lejn il-ħolm u l-aspirazzjonijiet ta’ ħafna oħrajn bħalu li wkoll għandhom l-istejjer tagħhom.

Sport