Sunday, November 3, 2024

“Ma nħossu li għamilna xejn ħażin… kemm hawn nies idaħħlu jdejhom fil-but biex jgħinu l-festi?”

Aqra wkoll

Fost il-kontroversja ta’ kummenti li spikkaw matul il-ġurnata tal-bieraħ, fl-aħħar sigħat tkellmu wkoll il-partitarji tal-festa tan-Nadur. Huma ma naqsux milli jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom għaliex intuża wiċċ Portelli għal San Ġwann l-Evanġelista.

Spjegaw li dik il-pittura ilha hemm issa u li wiċċ Portelli intuża f’pittura fuq pavaljun li juri lil San Ġwann l-evanġelista għax lil Portelli jgħidulu tal-ajka u San Ġwann dejjem ikun rappreżentat bl-ajkla.  F’dawn il-pavaljuni m’hemmx Portelli biss imma l-membri kollha tal-kumitat u l-benefatturi.

“Ma nħossu li għamilna xejn ħażin. Anzi inħossu li tajna ġieħ u ringrazzjament żgħir lil min kontinwament jgħinna finanzjarjament fejn ikollna bżonn. Lil dawk li qed jikkritikaw u jfajru mingħajr ma jafu l-fatti taf x’ngħidilhom, intom kemi iddaħħlu jdejkom fil-but biex tgħinu lill-festi? L-ispejjeż illum saru kbar ħafna. Nirringrazzjaw ‘l Alla li għad fadal nies bħal Portelli li jgħinu lill-festi”, kompla biex jgħid wieħed mill-partitarji.

Sport