Friday, November 22, 2024

Ma nintilfux biss fix-xogħol … ħudu ħsieb saħħitkom għax tiegħi ħadet daqqa ta’ ħarta

- Oliver Scicluna

Aqra wkoll

Oliver Scicluna, persuna b’diżabbilità li hu ta’ ispirazzjoni kbira għal ħafna, fl-aħħar ħinijiet kiteb li saħħtu ħadet daqqa ta’ ħarta u jrid jaħdem ħafna beix jerġa’ jkun viċin ta’ dak li kien.

Kiteb li “ħafna lili jafuni fi żmien meta kont għadu niżfen il-breakdance. Dak iż-żmien is-saħħa f’idi kienet tremenda. Ilni ‘l fuq minn għaxar snin li waqaft niżfen u għamilt dan għax il-prijoritajiet fil-ħajja bħal ta’ kulħadd jinbidlu.”

Kompla jgħid li dak iż-żmien ukoll waqaf jagħmel l-eżerċiżżju fiżiku u tant għandu bżonn anke minħabba l-kundizzjoni tiegħu.

“Għadda tant żmien, iżda xorta waħda ma bdejtx ninduna li ġismi sejjer lura ftit ftit, iżda dan l-aħħar bdejn ninduna tibdil radikali, bħal nimxi u naqta nifsi … jaħarquni l-muskoli t’idi u problemi fi spalti u għonqi,” kompla jikteb.

Qal li hu bniedem li jibqa’ jagħmel sforz u ma ndunax il-ħsara li kien qed jagħmel sakemm ftit ilu qallu “hawn irridek u spiċċajt kważi ma nistax nimxi xejn.”

Il-messaġġ li ried iwassal Oliver hu li mhux biex wieħed jitħassru, iżda biex kulħadd jieħu ħsieb saħħtu u ma nintilfux biss fix-xogħol kif “għamilt jien biex issa saħħti qalet daqqa ta’ ħarta.”

Sport