“Dr Owen Bonnici, nispera li tismagħni li qed ngħid. Jiddispjaċini ngħidlek, imma jien bħala Malti ma nistax ma nisħtekx u ma nixtiqlekx id-deni kollu tad-dinja.”
Kien dan wieħed mill-messaġġi li għadda l-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali, Salvu Mallia, meta kien qed jitkellem waqt programm televiżiv fuq NET TV.
B’reazzjoni għal dan il-kumment, il-Ministru Owen Bonnici stqarr li dan huwa r-riżultat ta’ meta nies li misshom jafu aħjar, minflok it-triq tad-dibattitu san u ħieles, jagħżlu t-triq tal-mibegħda u jrewħu d-diskors tal-kattiverija.
“Minn min is-soltu jipprietka ħafna valuri, m’iniex nistenna kundanni għal dan l-attakk personali, iżda lill-eks kandidat tal-PN ngħidlu li aħna lkoll aħwa Maltin u nawgurawlu kuntentizza u saħħa,” qal il-Ministru Bonnici.