Saturday, September 14, 2024

“Ma nistax nemmen. Kuntenta li se nkanta fit-tieni dar tiegħi”

Aqra wkoll

“Nirringrazzja lil kulħadd tal-fiduċja. Ma nistax nemmen u din hija bħal ħolma għalija. Turin hija t-tieni dar tiegħi u għalhekk kuntenta li se nkun qiegħda nkanta fit-tieni dar tiegħi. L-appell tiegħi huwa li ħadd m’għandu jaqta’ qalbu u dak li jkun irid jemmen fih innifsu. Viva l-mużika.” Dan kien l-ewwel kumment tal-kantanta Emma Muscat wara li rebħet il-Malta Eurovision Song Contest.

Bil-kanznetta Out of Sight, Emma Muscat rebħet l-edizzjoni finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Emma se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’Turin f’Mejju li ġej.

Hija ġabet total ta’ 92 punt, segwita mill-kanzunetta Ritmu kantata minn Aidan Cassar li rnexxielu jikseb 72 punt u Nicole Azzopardi bil-kanzunetta Into the Fire b’total ta’ 36 punt.

Ekonomija

Sport