Sunday, December 22, 2024

“Ma nistax nifhem din il-ħajja, il-locker room ta’ Mater Dei ser ikun vojt mingħajrek”

Aqra wkoll

Frankie, ir-raġel ta’ 59 sena li dalgħodu miet traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tikħil fir-residenza tiegħu.

Frankie li kien jaħdem fl-Isptar Mater Dei, żgur li ser jibqa’ mfakkar mill-kollegi tiegħu. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, kien hemm kollegi li fakkru l-qalb tajba tiegħu kif ukoll id-dedikazzjoni li kellu mal-pazjenti li kienu jiltaqgħu miegħu.

“Ma nistax nifhem din il-ħajja. Filgħaxija ltqajna bħalma nagħmlu kuljum ġewwa l-locker rooms ta’ Mater Dei u issa nsir naf li m’għandekx magħna. Strieħ fis-sliem ħabib u kollega, biss il-kamra ser tkun vojta mingħajrek” kien wieħed mill-kummenti li ħalla ħabib u kollega tiegħu.

Ekonomija

Sport