Tuesday, May 6, 2025

Ma nistax nistenna biex niġi Malta … grazzi għall-appoġġ tiegħi għal Inter kelli l-opportunità li niġi mistiedna f’din il-gżira meraviljuża – Stefania Marchionna

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Din is-sena fl-okkażjoni li l-Inter Club Gozo qed jiċċelebra l-għaxar anniversarju tiegħu, fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed iwettqu diversi attivitajiet, fejn bħala mistiedna speċjali se jkun hawn fostna l-eks plejer leġġendarju li rebaħ it-tripletta ma’ Inter FC fl-istaġun 2009-2010, Maicon Douglas Sisenando, kif ukoll Stefania Marchionna – la madrina dell’Inter 2021.

Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ser tkun il-Gala Dinner nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 2025 fil-Grand Hotel, l-Mġarr, Għawdex fis-7:30pm. Minħabba d-domanda qawwija għall-biljetti, reġgħu nfetħu l-bookings biex ħadd ma jkun iddiżappuntat. Wieħed jista jibbukja sa nhar l-Erbgħa li ġej ma’ Alvin Grech (Revolut 99884411), jew Shaun Attard (Revolut 79710719 jew BOV app 79045773).

Bajada radd ħajr mill-qalb lil Visit Gozo,Visit Malta, Grand Hotel u Gozo Frank Travel tal-appoġġ tagħhom f’din il-miġja fostna għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin ta’ Maicon Douglas Sisenando u Stefania Marchionna.

Dan is-sit tkellem b’mod esklussiv ma’ Stefania Marchionna nnifisha fejn tatna iktar dettalji, fosthom rigward kif qed tħares lejn din iż-żjara tagħha f’Malta.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? U dik għall-Inter?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet meta kont żagħżugħa, għax kont nieħu gost nara l-logħbiet ma’ missieri u għalhekk sirt passjonata ħafna għat-tim tal-Inter għax kien it-tim favorit ta’ missieri.

Kif tiddeskrivi l-fatt li int meqjusa bħala l-‘Madrina’ ta’ Inter?

Saret ħafna diskussjoni dwari b’referenza għat-tim tal-Inter, għax fi programm tal-futbol Taljan bl-isem ta’ ‘Tiki Taka’, il-preżentatur ipprovokani b’talba partikolari: talabni nagħmel ‘striptease’ jekk l-Inter jirbħu l-UEFA Champions League fl-2021. U għalhekk din l-aħbar għamlet ħafna ħoss wkoll barra minn Malta.

X’taħseb dwar dan l-istaġun għal Inter sa issa?

Fir-rigward ta’ dan l-istaġun għal Inter, naħseb li t-tim huwa motivat ħafna speċjalment f’dan il-mument għar-rebħ tal-UEFA Champions League u tassew nittama li jaslu sal-finali kif ġara fl-2010, meta lagħbu kontra Barcelona

Din se tkun l-ewwel darba tiegħek f’Malta?

Ma nistax nistenna biex niġi Malta, għax kulħadd jgħidli kemm huwa post sabiħ u grazzi għall-appoġġ tiegħi għall-Inter kelli l-opportunità li niġi mistiedna f’din il-gżira meraviljuża.

Kif qed tara l-futur tiegħek?

Fir-rigward tal-futur tiegħi, nixtieq ħafna li nkun kummentatriċi sportiva, kif għamilt fil-passat, u forsi nsir figura femminili konnessa ma’ Inter.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport