Sunday, November 24, 2024

“Ma nistgħu nagħlqu għajnejna għall-ebda realtà”

Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-istedina tal-Patrijiet Franġiskani biex iżur is-Soup Kitchen u kiel mal-persuni li jużaw is-servizz ta’ dan il-post. 

F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru qal li fis-soċjetà tagħna jibqgħu jeżistu realtajiet li jeħtieġu attenzjoni partikolari. Qal li ċiirkostanzi differenti jwasslu għal bżonnijiet differenti.

“Hi x’inhi ċ-ċirkostanza ma nistgħu nagħlqu għajnejna għall-ebda realtà. Jeħtieġ li nibqgħu nifhmu dak li jkun għaddej madwarna u naġixxu fejn meħtieġ,” tenna l-Prim Ministru.

Sport