Sunday, December 22, 2024

“Ma nistgħux naċċettaw li l-Gvern dejjem irid iwaħħal f’xi ħadd ieħor”

Aqra wkoll

Grech tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà u anke fuq l-għoli tal-ħajja. Qal li dawn ilhom jogħlew ħafna qabel bdiet il-gwerra fl-Ukrajna. “Ma nistgħux nibqgħu naċċettaw li l-Gvern dejjem irid iwaħħal f’xi ħadd ieħor. Fl-aħħar disa’ snin smajna kantaliena li dejjem b’xi mod tort tan-Nazzjonalisti, issa tort tal-gwerra, tort ta’ dak, tort tal-covid… dejjem naraw f’min se nwaħħlu.”

Grech qal li dan il-poplu jippretendi li issa li għażel Gvern Laburista, dan ikollu soluzzjonijiet u mhux nibqgħu ċassi quddiem piżijiet li għandhom iż-żgħażagħ tagħna. “Neżiġi li l-Gvern isib is-soluzzjonijiet u jindirizza din il-kwistjoni,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Ekonomija

Sport