Sunday, December 22, 2024

“Ma nistgħux naħarqu bosk sħiħ għax taqa’ siġra waħda”

L-Arċisqof jgħid li hemm ħafna siġar fis-silenzju minkejja li l-waħda li waqgħet għamlet ħoss kbir

Aqra wkoll

Waqt l-Omelija tal-pussess ta’ Dun David Farrugia bħala Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, l-Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lill-ħafna saċerdoti u Kappillani li b’dedikazzjoni jagħtu servizz.

Huwa awgura lil David Borg li jkun dik is-siġra li tikber biex tissieħeb fil-bosk tal-Knisja. Scicluna qal li l-bosk lest jagħmel ħafna żmien fis-silenzju, iżda meta taqa’ siġra tagħmel ħafna ħoss. 

L-Arċisqof sostna li meta jberraq u taqa’ xi siġra, ma jkunx il-mument li jinħaraq il-bosk kollu. Hawnhekk huwa kien qiegħed jirreferi għall-każ tal-Kappillan Fr Luke Seguna li lbieraħ tressaq mixli b’misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus.

Huwa sellem ukoll lill-parroċċi kollha b’mod speċjali lill-parroċċa ta’ Marsaxlokk u lill-poplu ta’ Marsaxlokk li spiċċa milqut b’rapport fil-midja li jwasslu għal swied ta’ qalb. 

Ekonomija

Sport