Saturday, December 28, 2024

“Ma nistgħux nisfidaw meta għandna l-għodda biex nużawhom” – Il-President

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu l-President tar-Repubblika George Vella qal li jeħtieġ li nsibu l-kuntentizza f’xulxin. Huwa qal li jeħtieġ li dan is-sentiment ta’ mħabba għandna nuruh mhux biss f’dawn iż-żminijiet.

Vella sellem il-memorja ta’ aktar minn 470 pazjent li mietu bil-Covid-19 u ngħaqad mal-Prim Ministru biex jappella favur il-miżuri kollha li l-mediċina qiegħda toffrielna. Huwa tkellem dwar l-għodda li għandna kontra l-virus u sostna li  “Jeħtieġ li ma nħallux lil min jimlielna rasna b’ħafna ħmerijiet”.

Fakkar fiż-żminijiet li għaddew fejn fl-aħħar żmien kien hemm żmien fejn kellna nħallu lil dawk li tant inħobbu f’iżolament bi prekawzjoni kontra l-firxa tal-virus.

Il-President qal li meta nħossuna qegħdin tajjeb ma nistgħux ninsew lil dawk li huma bagħtuti, emarġinati jew għaddejjin minn żminijiet diffiċli.

Ekonomija

Sport